Barranin
Ir-robots tas-sess qed jagħmlu l-ħsara? Xjentisti bi twissija

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali.

Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed tiġi regolata, u li aġenziji governattivi mhux qed jinvestigaw dan is-settur għax iqisuh imbarazzanti.

Dr Christine Hendren minn Duke University, fl-Istati Uniti, kienet fost dawk li tkellmu kontra din il-produzzjoni mhux regolata waqt laqgħa annwali tal-Assoċjazzjoni Amerikana għall-Avvanz tax-Xjenza (AAAS).

Hija qalet li ċertu robots huma programmati biex jipprotestaw waqt l-att sesswali, b’konsegwenza li jinħoloq xenarju ta’ stupru.

Oħrajn jiġu ddisinjati biex jidhru qishom tfal, bis-sid tal-kumpanija fil-Ġappun li timmanifaturahom, jiddikjara li huwa pedofelu, u jgħid li r-robots huma mezz kif nies bħalu ma jagħmlux ħsara lil tfal reali.

Żviluppaturi ta’ robots oħra fl-Istati Uniti jgħidu li r-robots tagħhom kapaċi jibnu relazzjoni ma’ sidhom, fosthom billi jiftakru aspetti dwaru, bħal dak li jħobb u ma jħobbx, u l-esperjenzi tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sindku ta’ Seoul, Park Won-soon instab bla ħajja fuq il-muntanja Bukak fl-inħawi ta’ Seongbuk-gu, ftit ‘il bogħod mir-residenza tiegħu. Il-pulizija ma żvelawx biex miet iżda mhumiex qed jeskludu li dan…

Barranin

Se jiġi restawrat il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f’Pariġi, li kien inqered f’nirien li ħakmu l-binja f’April tas-sena l-oħra. Huwa se jkun restawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu. Din id-deċiżjoni tħabbret…

Barranin

Fl-Istati Uniti , il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-assi finanzjarji tal-President Donald Trump jistgħu jkunu eżaminati iżda sostniet li f’każ ieħor l-informazzjoni ma tistax tingħata lill-Kungress. Trump ma jridx li jippubblika…

Barranin

Studju riċenti li sar fl-Italja, wieħed mill-pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqat ħażin mill-Covid-19, sab li n-nisa tqal jistgħu jgħaddu l-virus lit-tarbija tagħhom fil-ġuf mis-sekonda. Il-Professur Claudio Fenizia, mill-Università ta’ Milan…

Aktar