Trasport
“Ir-rota għalija tfisser nagħti sehmi biex nieħu ħsieb l-ambjent” – illum il-Jum Dinji tar-Roti

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod b’seba’ għajnejn u jirkibha bil-galbu.

Fl-isfond ta’ dan il-jum dinji, il-Bicycle Advocacy Group id f’id ma’ Transport Malta fasslet filmat imsejjes fuq għadd ta’ kummenti minn diversi persuni li r-rota ma jpartuha ma’ xejn.

Fost l-oħrajn, uħud qalu li r-rota tagħtihom opportunità sabiex jesploraw ġmiel il-gżejjer Maltin b’lenti differenti. Oħrajn, stqarru li r-rota tagħtihom sens ta’ spontanjetà, avventura u libertà.

Xi ċiklisti spjegaw li r-rota tagħtihom sens ta’ sodisfazzjon hekk kif meta jużawha biex jiċċaqilqu minn post għal ieħor ikunu qed jagħtu sehemhom biex jitnaqqas it-tniġġis mill-arja.

World Bicycle Day 2020

Today is #WorldBicycleDay and the Bicycle Advocacy Group and Transport Malta have worked together to make this short video to remind you all of the joys of riding a bicycle in Malta. Let us commemorate this day by considering varied ways of how we can move around our island, including using a bicycle.

Gepostet von Bicycle Advocacy Group am Mittwoch, 3. Juni 2020

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Eurovision

Fl-isfond tal-hekk imsejħa normalità ġdida li lkoll qed ngħixu fiha l-European Broadcasting Union, l-EBU, f’dawn l-aħħar jiem aġġornat ir-regolamenti tal-Eurovision Song Contest għall-edizzjoni li jmiss bil-għan li l-festival jibqa’ miexi…

Aktar