Barranin
Ir-Russi jivvutaw fuq ir-riformi kostituzzjonali tal-President Vladimir Putin

Ir-Russja bdiet tivvota fuq riformi kostituzzjonali li jekk ikunu approvati, jippermettu lill-president Vladimir Putin biex iservi żewġ termini oħra bħala president.

Il-votazzjoni uffiċjali hija skedata għall-ewwel ta’ Lulju imma l-postijiet ta’ votazzjoni nfetħu ġimgħa qabel biex ikun evitat l-iffullar minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

L-attivist tal-oppożizzjoni Alexei Navalny qal li jekk it-tibdil ikun approvat, Putin se jingħata l-jedd li jkun president għal għomru/ Min-naħa l-oħra, Putin qal li r-riformi kosituzzjonali huma maħsuba li jassiguraw stabbiltà.

Minkejja li Putin ma kkonfermax li se jikkontesta l-elezzjonijiet fl-2024, qal li jrid ikun aċċertat li jkun eliġġibli biex jikkontesthom.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar