COVID-19
Ir-Russja bl-ewwel vaċċin tal-Covid-19 għall-annimali

L-awtoritajiet Russi responsabbli mill-biedja ħabbru li l-pajjiż għadu kemm ipproduċa l-ewwel vaċċin tal-Covid-19 għall-annimali.

Ir-Russja pproduċiet 17,000 doża tal-vaċċin Carnivac-Cov li se jitqassmu f’diversi reġjuni tal-pajjiż.

It-testijiet li saru s’issa b’dan il-vaċċin kienu fuq il-klieb, qtates, ‘minks’ u volpijiet bl-interess fl-aħħar tnejn minħabba l-industrija tal-‘fur’.

Ir-Russja qed taħseb ukoll biex tlesti applikazzjoni ħalli tirreġistra l-vaċċin f’pajjiżi oħra nkluż dawk fl-UE.

Skont l-awtoritajiet Russi fil-vaċċin hemm interessati diġà l-Ġermanja, il-Polonja, Kazakhstan, it-Tajlandja u l-Korea t’Isfel.