Barranin
Ir-Russja bl-ikbar eżerċizzju militari mill-Gwerra l-Bierda ‘l hawn

Ir-Russja bdiet l-ikbar eżerċizzju militari mill-Gwerra l-Bierda ‘l hawn li ser jinvolvi aktar minn kwart ta’ miljun suldat. It-taħriġ militari msejjaħ Vostok-2018 ser isir fil-Lvant tas-Siberja bis-sehem ukoll ta’ aktar minn 3,000 suldat Ċiniż u oħrajn mill-Mongolja. It-taħriġ li qed jitqies bħala messaġġ politiku f’mument meta r-Russja tinsab taħt pressjoni internazzjonali b’sanzjonijiet kontriha. Il-Ministru tad-Difiża Russu qal li aktar minn 36,000 tank tal-gwerra u vetturi militari ser ikunu involuti flimkien ma’ aktar minn elf ajruplan. Madwar 80 bastiment militari wkoll ser jipparteċipaw minn żewġ flotot Russi.

L-aħħar eżerċizzju militari fuq l-istess skala sar fl-1981 iżda l-eżerċizzju attwali li ser jieħu ġimgħa huwa akbar għax jinvolvi aktar truppi u inġenji militari.

Rapporti qed jgħidu li r-Russja permezz ta’ dan l-eżerċizzju qed turi l-qawwa militari tagħha fil-konfront ta’ tensjoni li għandha man-Nato. It-tensjoni ilha għaddejja erba’ snin minn mindu r-Russja ħadet taħt idejha l-Crimea li kienet parti mill-Ukrajna.

Kelliem għar-Russja ġġustifika dan it-taħriġ minħabba dak li sejjaħ aggressjoni li qed tintwera fil-konfront tar-Russja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Aktar