Barranin
Ir-Russja tgħid li wettqet b’suċċess il-prova ta’ missila invinċibbli

Ir-Russja qalet li wettqet b’suċċess il-prova ta’ missila invinċibbli li hija parti mill-qawwa nukleari żvelata kmieni aktar dan ix-xahar mill-President Vladimir Putin. Il-Ministru tad-Difiża Russu żvela filmat ta’ ajruplan tal-gwerra jġorr il-missila b’din tiġi sparata f’nofs il-vjaġġ. L-awtoritajiet Russi qalu li l-mira tal-missila Kinzhal ntlaħqet.

Il-missila, deskritta minn Putin bħala “l-arma ideali”, għandha l-kapaċità li tivvjaġġa għaxar darbiet aktar mill-veloċità tal-ħoss u twassal sa elfejn kilometru.

Il-President Russu, li mistenni jerġa’ jkun ikkonfermat bħala President Russu għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni ta’ bħal-lum ġimgħa, qal li r-Russja ser tkompli ssaħħaħ l-armata tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar