Barranin
Ir-Russja tkeċċi 20 diplomatiku mir-Repubblika Ċeka

Ir-Russja ħabbret li se tkeċċi għoxrin diplomatiku mir-Repubblika Ċeka b’ritaljazzjoni għat-tkeċċija ta’ 18-il diplomatiku Russu mir-Repubblika Ċeka iżjed qabel, nhar is-Sibt.

Iċ-Ċeki qed jallegaw li d-diplomatiċi Russi kienu involuti fi splużjoni li seħħet f’depot tal-armi fir-Repubblika Ċeka fis-sittax ta’ Ottubru tal-2014.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea se jiddiskutu l-iżviluppi waqt laqgħa li se ssir illum stess.

Moska tat ġurnata ċans lid-diplomatiċi Ċeki biex jitilqu mill-pajjiż filwaqt li r-Repubblika Ċeka tat lir-Russi 72 siegħa ċans biex jitilqu mir-Repubblika Ċeka.