Barranin
Ir-Ryanair twaqqaf l-operat ta’ 3 ajruplani Boeing 737

Minn tal-anqas 3 ajruplani tar-Ryanair instabulhom difett bejn il-ġewnaħ u l-bqija tal-ajruplan.

Dan ħabbru l-ġurnal The Guardian hekk kif ir-Ryanair waqaf l-operat ta’ 3 ajruplani tat-tip Boeing 737.

Minn Ottubru li għadda, minn madwar id-dinja kollha, mal-50 ajruplan tat-tip Boeing 737, twaqqfu milli joperaw minħabba dan id-difett fejn jifforma qsim bejn il-ġwienaħ u l-bqija tal-ajruplan.

Il-kumpanija tal-ajru Ryanair għandha l-akbar flotta ta’ ajruplanti tat-tip Boeing 737 fl-Ewropa u qatt ma tat dettalji kemm ajruplani mill-flotta tagħha ġew affettwati minn dan id-difett.

Skont l-esperti, dan il-qsim li qed jifforma mhux perikoluż la darba jsiru l-ispezzjonijiet kollha kif meħtieġ.

L-ajruplani li twaqqfu mill-operat tagħhom għandhom in-numru tar-reġistrazzjoni EI-DCL, EI-DAL u EI-DCJ u dawn għandhom ‘il fuq minn 15-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar