FILMAT: Ira Losco – That’s why I love you

Il-kanzunetta “That’s why I love you” ta’ Ira Losco għandha ritmu aktar kajman iżda bi stil li jxaqleb lejn is-‘soft rock’. Għall-kanzunetta miktuba minn Ira stess flimkien ma’ Keith Howard, Matthias Strasser u Stefan Moessle, il-kantanta se tkun akkumpanjata mill-band tagħha. Minkejja wirja sempliċi fuq il-palk, l-użu tad-dawl u grafika jagħmel din l-interpretazzjoni tal-kanzunetta aktar spettakolari.