Kurżitajiet
Irġiel b’nuqqas ta’ sperma f’riskju ikbar li jimirdu

Irġiel li għandhom nuqqas ta’ sperma (low sperm count) huma f’riskju ikbar li jkollhom ħxuna żejda jew jimirdu b’kundizzjonijiet bħall-pressjoni u l-kolesterol.

Dan ħareġ minn studju li sar fuq iktar minn 5,000 raġel fl-Italja li kellhom problemi ta’ infertiltà, fejn instab li ħafna minn dawn l-irġiel kellhom ukoll livelli baxxi ta’ testosterone. Dan jista’ jwassal għal osteoporożi.

Dr Alberto Ferlin, li mexxa din ir-riċerka, jissuġġerixxi li dawk l-irġiel li jiskopru li għandhom ammont baxx ta’ sperma, għandhom jittestjaw ukoll lilhom infushom għal problemi ta’ saħħa oħra.

Ir-riċerkaturi għamluha ċara li nuqqas ta’ sperma ma jikkawżax problemi ta’ saħħa, iżda li ż-żewġ aspetti huma marbuta. Iktar minn xejn, huwa l-livell baxx ta’ testosterone li jista’ jwassal lill-irġiel biex iżidu ċ-ċans li jiżviluppaw xi kundizzjoni medika.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Fil-ktieb “Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan”, Kilin isemmi kif kienu jinġabru fuq is-Sur tal-Imdina f’Santa Marija biex jaraw in-nar tas-seba’ rħula fejn jiċċelebraw…

Kurżitajiet

Fiċ-Ċina, tifel ħarab lil missieru fi stazzjon tal-ferroviji ta’ Xiaolan, fil-belt ta’ Zhongshan.  Meta suppost kellu jgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà tal-istazzjon, il-missier ma sabx lil ibnu u beda jinkwieta. It-tifel instab…

Aktar