Barranin
Irġiel li jfittxu nisa oħra fuq l-internet ma jkunx leali lejn marthom?

F’dinja teknoloġika, fejn l-internet sar parti ntegrali minn ħajjitna, l-aġir tal-irġiel u n-nisa jista’ jkun li jaffettwa r-relazzjoni ta’ bejniethom u jwassal għal infedeltà wkoll.

Fl-Italja, il-Qorti ddeċidiet li raġel li kien joqgħod ifittex nisa minn fuq l-internet kien qed juri nuqqas ta’ fedeltà lejn martu.

Filfatt, il-mara li telqet mid-dar wara li qabdet lil żewġha jfittex nisa oħrajn mill-internet, ma tqisitx li abbandunat id-dar tal-konjuġi, minħabba li skont il-Qorti aġixxiet minħabba kriżi bejn il-koppja li wasslet għall-bidu tas-separazzjoni.

Għal din ir-raġuni, il-Qorti Suprema ma laqgħetx ir-rikors tal-ex raġel li ried iwaħħal f’martu talli kienu qed jisseparaw għax kienet telqet mid-dar.

Ir-raġel talab ukoll għar-revoka mill-obbligu tal-manteniment, xi €600 fix-xahar, talba li wkoll ma ntlaqgħetx mill-istess Qorti.

Allura għall-ġudikanti Taljani, jekk tkun miżżewweġ, u tfittex li tiltaqa’ ma’ nisa jew irġiel online, tkun qed tikser il-fiduċja u r-rispett lejn il-parti l-oħra u allura titqies bħala att ta’ infedeltà lejn il-mara jew ir-raġel tiegħek.

Dan ir-raġunament biddel kompletament ix-xenarju għax dan ifisser li issa l-internet jista’ jservi ta’ prova anke f’każi ta’ separazzjoni bejn il-koppji.

Oqgħod attent kif tuża l-internet għax jista’ jservi ta’ għodda kontrik fil-Qorti!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar