Barranin
Irġiel mejta għandhom ikunu donaturi tal-isperma?

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi.

Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk tkun saret b’kunsens biex tgħin lill-banek tal-isperma jirpiljaw.

Skont l-istudju, il-liġijiet marbuta mad-donazzjonijiet tal-isperma huma ħorox u mhumiex jgħinu biex jiżdiedu jew jitħajjru d-donaturi.

Ix-xjenza tgħid li l-isperma tista’ tinġabar anke wara l-mewt bis-saħħa ta’ stimulazzjoni elettronika fil-glandola tal-prostata jew b’operazzjoni. Din imbagħad tinżamm iffriżata.

L-evidenza tal-istudju turi li l-isperma meħuda minn donaturi mejtin twassal għal trabi f’saħħithom. Dan dejjem sakemm l-isperma tinġabar sa 48 siegħa mill-mewt tad-donatur.

Fl-Ingliterra, fl-2017 twieldu 2,345 tarbija bis-saħħa ta’ donaturi tal-isperma.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar