Lokali
Irid idaħħal lil Malta fl-industrija tal-ħolqien ta’ lbiesi esklussivi

It-Taljani jsibuha bħala l-‘Alta Moda’ waqt li l-Franċiżi jsibuha bħala ‘haute couture’. Fi kliem ieħor hija l-ħolqien ta’ lbiesi esklussivi u elaborati li jsiru kollha bl-idejn u b’ħila kbira għall-prezz li ma jiflaħx għalih kulħadd. Sa issa Malta mhux assoċjata ma’ din l-industrija esklussiva iżda n-neputi ta’ wieħed mill-aktar stilisti leġġendarji jrid idaħħal lil Malta fil-mappa tal-istilisti u l-mudelli ta’ fama dinjija li tinkludi bliet bħal Pariġi, Milan, Londra u New York fost l-oħrajn.

Żewġ ex mudelli, Oscar Garavagni, in-neputi tal-istilista Taljan ‘Valentino’ u Mario Muscat għaddejjin bi tħejjijiet biex f’Marzu u Lulju li ġej iġibu f’Malta uħud mill-aqwa stilisti tal-moda fid-dinja biex jesebixxu l-kollezzjonijiet esklussivi tagħhom.

Is-Sur Garavagni qal li minkejja l-kalendarju impenjattiv ta’ dawn l-istilisti u l-mudelli ta’ fama li jaħdmu magħhom, l-interess f’Malta diġà huwa tajjeb ħafna. “Il-kumpaniji li kkonfermaw huma ħafna, 50 stilist kemm Taljani kif ukoll Franċiżi u se jkunu parti mill-Alta Moda”.

Fi kliem l-organizzaturi, l-Alta Moda f’Malta se tkun opportunità biex jiżdied it-turiżmu ta’ kwalità tant li għamlu kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta biex l-isfilati jsiru f’uħud jew qrib dawn is-siti li juru l-ġmiel naturali tal-gżejjer Maltin.

Fl-istess waqt, is-Sur Muscat qal li se tkun opportunità rari għal dawk kollha interessati fil-moda. “Ħa tkun opportunità għall-istilisti Maltin kif ukoll għall-mudelli biex ikunu jistgħu dik l-opportunità mal-istilisti ta’ fama mondjali”

Għalkemm ħafna mill-ilbiesi esebiti mhux se jkunu għal but ta’ kulħadd, din l-inizjattiva mistennija tkun okkażjoni biex stilisti u mudelli magħrufa li possibilment nammiraw mill-media, narawhom mill-qrib fil-gżejjer Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar