Sport
Irid jgħaddi ż-żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar il-futbol

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet dwar x’se jiġri f’Ġunju u f’Lulju.

Il-Professur Gauci kienet qed twieġeb mistoqsija ta’ Television Malta, dwar l-ittra li tliet klabbs ewlenin tal-Kampjonat Premier, Birkirkara, Gżira United u Valletta, kitbu lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, biex fl-10 ta’ Ġunju l-klabbs jibdew bit-taħriġ tagħhom u mill-1 ta’ Lulju jitkompla l-Kampjonat Premier.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li għadhom kemm illaxkaw l-ewwel grupp ta’ miżuri li huma l-ftuħ tal-ħwienet mhux essenzjali, żdiedu għal erbgħa l-ammont ta’ persuni li jistgħu ikunu flimkien fil-pubbliku minn tlieta, żdiedu s-servizzi tas-saħħa u reġa’ nfetaħ l-ivjaġġaw bejn Malta u Għawdex. 

Il-Professur Gauci qalet li jrid jgħaddi ż-żmien biex l-awtoritajiet jevalwaw is-sitwazzjoni fid-dawl ta’ dan l-ewwel grupp ta’ miżuri biex jassiguraw li s-sitwazzjoni tibqa’ stabbli u mbagħad ikunu f’pożizzjoni li jevalwaw x’miżuri oħra jistgħu jiġu llaxkati.

Aħbarijiet Oħra

Il-Gvern ħabbar li dalgħodu, grupp ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta lejn Franza wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub biex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li l-grupp ta’ dalgħodu kien…

Fil-Jum Dinji tal-Lingwa tas-Sinjali, il-Public Broadcasting Services ħabbar li matul il-ġurnata fuq TVM u TVM2 se jibdew jixxandru filmati qosra bil-għan li aktar nies jitgħallmu din il-lingwa, li hija wkoll…

Żewġ skemi li għalihom il-gvern alloka sitt mitt elf ewro jaħsbu biex jgħinu l-Kunsilli Lokali jwettqu l-kunċett ta’ spazji miftuħa fil-lokalitajiet u manutenzjoni għal proġetti infrastrutturali li jwettaq il-gvern. Il-Ministru…

F’aġġornament dwar is-sitwazzjoni f’Residenza San Ġużepp, it-tmexxija ta’ din id-dar qalet li s’issa 113 minn 278 resident ħarġu pożittivi għall-Covid-19, u l-maġġoranza tagħhom m’għandhomx sintomi. Fl-istess waqt hemm 29 ħaddiem…

Aktar