Agrikultura
Iridu jwaqqfu skola ħadra – Jgħallmu lil tfal Maltin dwar ġardinaġġ u sostenibilità

Grupp ta’ nies il-Ħadd filgħodu ġrew u mxew waqt li ġabru skart li ltaqgħu miegħu mat-triq fl-inħawi ta’ Pembroke u San Ġiljan. Wara l-inizjattiva hemm grupp ta’ żgħażagħ li qed jaħdmu biex iwettqu ħolma li jwaqqfu l-ewwel skola ħadra f’Malta.

L-imprenditur Pierre Azzopardi, is-sieħba tiegħu u grupp ta’ kollaboraturi bdew jaħdmu biex f’Malta jkun hawn skola dedikata għall-ħarsien tal-ambjent bil-għan li l-ambjent f’Malta jkun isbaħ u aktar sostenibbli.

Is-Sur Azzopardi qal li gġabu liċenzja wkoll ta’ għaqda volontarja bħala Greenmalta.org. Il-pjan tagħhom huwa li eventwalment jiftħu skola ħadra f’Malta fejn jagħtu opportunità lit-tfal biex isiru jafu iżjed fuq l-ambjent, is-sostenibiltà, l-agrikoltura u fuq kif jitkabbar il-ħaxix b’mod differenti fost oħrajn

Matul il-ġurnata, Pierre u t-tim tiegħu ħadu sehem f’ħidma ta’ tindif madwar Pembroke u San Ġiljan . . . jiġru jew jimxu u jiġbru skart li jiltaqgħu miegħu.

Pierre, li stqarr wiret il-passjoni għall-biedja mingħand nannuh, qal li diġa’ għandu medda art li jittama li jkun f’pożizzjoni li fiha jagħmel l-iskola biex biha jkabbar l-għarfien fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar għall-ambjent ta’ madwarhom.

Segwi aktar dettalji f’dan is-servizz: