Tfal
Iridu li s-swat fuq it-tfal bħala kastig isir illegali

Fir-Renju Unit, psikologi qed jitolbu biex ikun projbit is-swat fuq it-tfal fid-djar u jsir illegali għax jagħmel ħsara lis-saħħa mentali tat-tfal.

L-Assoċjazzjoni tal-Psikologi fil-Qasam Edukattiv (AEP) qed tħeġġeġ lill-gvern biex jiddikjara li l-kastig fiżiku għandu impatti negattivi fuq l-iżvilupp tat-tfal.

Fir-Renju Unit id-dixxiplina bis-swat fuq it-tfal hija illegali fl-iskejjel madankollu l-ġenituri jistgħu jerfgħu jdejhom fuq uliedhom fid-dar bħala kastig. Għaldaqstant l-Assoċjazzjoni qed tisħaq li s-swat fuq it-tfal għandu jkun illegali dejjem.

Il-psikologi qed jitolbu lill-Gvern Ingliż jagħraf li l-kastig fiżiku jista’ jkollu effetti negattivi fit-tul fuq l-iżvilupp tat-tfal u huwa ineffettiv.

Fl-Iżvezja, l-Irlanda, Spanja, il-Ġermanja u l-Portugall huwa pprojbit li terfa’ jdejk fuq it-tfal bl-iskuża ta’ dixxiplina.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar