Barranin
AĠĠORNAT: L-aħwa għadhom maħtufa iżda Amber tirtira t-twissija

Żewġt aħwa Ċeki huma meqjusa bħala mitlufin minn Amber Alert Europe. Dan wara li skont il-Pulizija Ċeka aktarx inħatfu mill-ġenituri tagħhom. It-tfal huma Leonard Lackó u David Lackó,  żewġt aħwa ta’ erba’ snin u għaxar snin rispettivament.

Rapporti internazzjonali qalu li l-ġenituri tagħhom Anita Lack u Bronislav Svoboda ħa qablux mad-deċiżjoni tal-Qorti li jittieħdulhom it-tfal. Qed jiġi rrapportat ukoll li nhar il-Ġimgħa li għadda t-tfal inħatfu minn ċentru tat-tfal fi Sttrakonice.

Minkejja li t-twissija dwar dawn iż-żewġt itfal m’għadhiex fis-seħħ, Amber Alert qalet li t-tfal għadhom mitlufa.

Leonard Lackó, tifel ta’ erba’ snin huwa bjond u għandu għajnejh blu. Huwa kien liebes flokk aħdar. David Lackó li għandu għaxar snin huwa bjond ukoll u kien liebes flokk aħmar.

Intant jekk għandek xi tagħrif dwarhom tista’ ċċempel lill-Pulizija fuq 21224001.

tvm.com.mt huwa parti mis-sistema ta’ amber alert, fejn b’kollaborazzjoni mal-Pulizija jgħarraf  lill-pubbliku b’każijiet simili ta’ tfal li jkunu maħtufa jew mitlufa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’filmati li qed jinxterdu jinstemgħu vuċijiet imbeżża’ tat-tfal migranti, li fl-aħħar xhur ġew isseparati mill-ġenituri tagħhom bħala parti mill-politika tal-immigrazzjoni tal-Gvern Amerikan. Mal-2,000 tifel u tifla spiċċaw mingħajr il-ġenituri tagħhom, wara…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini mill-ġdid f’kontroversja oħra. Wara li l-ġimgħa l-oħra għalaq il-portijiet u ma ħalliex il-bastiment ‘Aquarius’ jidħol fl-Italja b’629 immigrant, Salvini issa qal…

Barranin

Għal ħafna li jsegwu l-futbol il-ħoma tagħhom hija li jmorru jaraw xi logħba tat-Tazza tad-Dinja. 30 tifel u tifla li jbatu minn mard u kundizzjonijiet rari qatgħu xewqithom meta l-biljunarju…

Aktar