Barranin
Irrapportati problemi tekniċi fis-servizzi ta’ Google

Għadd ta’ servizzi ta’ Google, fosthom Gmail, Drive u Docs qed jesperjenzaw problemi tekniċi, li jidher li bdew mis-6.30 ta’ dalgħodu.

Fi stqarrija, il-kumpanija Google qalet li qed tinvestiga l-problemi, u li se tkun qed tagħti aġġornament dwar meta għandhom ikunu solvuti.

Qalet li l-kwistjonijiet jinkludu; problemi biex jiġu mibgħuta l-emails fil-Gmail, problemi tar-recording fil-Meet, il-ħolqien ta’ files fid-Drive, problemi bl-uploads fl-Admin Console u problema biex jiġu mibgħuta messaġġi fil-Google Chat.

Mhux l-utenti kollha qed jesperjenzaw l-istess problemi, u xi utenti qed jgħidu li ma ġewx affettwati.