Lokali
Irrestawrata l-Kappella ta’ Sant’Antnin u Santa Katerina f’Birkirkara

Il-Kappella dedikata lill-Sant’Antnin ta’ Padova u lil Santa Katerina f’Birkirkara kienet restawrata minn barra mill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kultura.

Il-kappella nbniet fl-1828 iżda dokumenti storiċi juru li qabel din il-kappella kien hemm oħra qabel li nbniet fl-1575.

Il-Perit Daphne Fenech qalet li t-tniġġiż mill-karozzi u l-umdità kienu l-akbar żewġ problemi li kkawżaw ħsarat. Spjegat li x-xogħlijiet saru f’diversi fażijiet għax il-faċċata kellha titnaddaf miż-żebgħa u anke jinbidel xi ġebel li beda jitmermer.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan kien proġett ieħor li sar taħt l-iskema ta’ restawr imħaddma mid-Direttorat tar-Restawr flimkien mal-Kunsilli Lokali. Dr Bonnici qal li b’din l-iskema huma l-Kunsilli stess u mhux il-Gvern li jiddeċiedi l-proġetti tar-restawr fil-lokalitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar