Għawdex
Irrestawrati l-mini tal-ilma tal-akwadott f’Santa Luċija, Kerċem

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis awguraw proġett ta’ restawr tal-mini tal-ilma tal-akwadott f’Santa Luċija, Kerċem.

F’messaġġ tal-okkażjoni l-Ministru Justyne Caruana qalet li l-missjoni tal-Ministeru għal Għawdex hi li jiġi preservat il-wirt storiku tal-gżira Għawdxija u kien għalhekk li l-Ministeru ħareġ il-fondi biex dan ir-restawr iseħħ u eventwalment ikompli jitgawda kemm min-nies tal-lokal, mit-turisti kif ukoll mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Ministru fakkret li dan mhux proġett iżolat li sar f’Kerċem hekk kif il-Ministeru esproprja Għar Gerduf li jinsab fid-daħla ta’ Kerċem u qed jipprepara proġett biex dan is-sit jigawda, filwaqt li qed tiġi evalwata t-tieni ħarġa tal-iskema tar-restawr intiża għall-kunsilli lokali Għawdxin bil-għan li aktar siti storiċi jiġu rrestawrati fil-qalba tal-komunitajiet Għawdxin. Dan jikkumplimenta x-xogħol estensiv li għaddej fit-toroq fejn fil-lokalità ta’ Kerċem qed isir xogħol fuq Triq Ġojjin u Triq is-Summien hekk kif ix-xogħol fuq Triq Wenzu Mintoff tlesta.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li apparti li dawn il-mini tal-akwadott iservu bħala attrazzjoni turistika, dawn huma parti importanti mill-istorja ta’ Santa Luċija u ta’ Kerċem.

Dawn il-mini li jibdew mill-għolja tal-Mixta u l-għolja ta’ Għar Ilma, jaslu sa Triq San Niklaw. Minn hemm l-ilma jibqa’ għaddej ġo kanali li jwasslu għall-mini tal-akwadott fit-triq int u dieħel għas-Santwarju ta’ Pinu. Dawn il-mini nbnew fi żmien il-Gvern Ingliż biex iwasslu l-ilma sa Pjazza Savina fir-Rabat, Għawdex fejn in-nies kienu jistgħu faċilment imorru u jieħdu l-ilma għall-użu personali tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji fi ħdan il-Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed jgħarraf lill-pubbliku li qed jittieħdu azzjonijiet xierqa mill-istess awtoritajiet fid-dawl tas-sejbiet pożittivi tas-sottotip H6 tal-Influwenza A (H6Nx) fil-lokalità…

Lokali

Il-kap tal-Partit Imperium Europa, Norman Lowell akkuża lill-gvernijiet laburisti u nazzjonalisti li abbużaw mill-poteri sabiex iħammġuh. Stqarr li huwa dejjem qal dak li ħaseb, u dejjem tkellem għall-ġid ta’ Malta…

Kronaka

Mara ta’ 80 sena residenti Ħal Qormi,weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Pinto, Ħal Qormi. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn…

COVID-19

Għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa fejn intqal ukoll li fl-aħħar 24 siegħa ma kienx hemm min fieq…

Aktar