Kultura
Irrestawrati tliet statwi fil-Qrendi: tar-ruħ, ta’ Santa Marija u ta’ Lourdes

Bir-raħal tal-Qrendi jżuruh aktar minn 200,000 turist fis-sena, minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur vara proġett pilota fil-Qrendi bħala parti minn rotta ġdida ta’ turiżmu reliġjuż.

Għal dan il-għan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rrestawrat tliet statwi fil-Qrendi li huma tar-ruħ, ta’ Santa Marija u ta’ Lourdes. L-istatwa ta’ Santa Marija għandha storja li tmur lura għal kważi 400 sena.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Maqluba fil-Qrendi stess, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li t-turiżmu reliġjuż huwa wieħed mill-pilastri li l-pajjiż qed iħares lejh kemm mill-aspett lokali kif ukoll internazzjonali.

Spjegat li bil-proġett pilota, ir-raħal bħall-Qrendi,  mogħni bl-istorja, bit-tradizzjoni u bir-reliġjon, ikun jista’ joffri produtt turistiku aħjar lil dawk li jżuruh.

Id-Direttur dwar l-Iżvilupp tal-Prodott fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Kevin Fsadni, qal li dan l-investiment fil-wirt storiku lokali huwa turija tal-importanza li l-Awtorità qed tagħti fil-prodott, speċjalment dak fl-irħula ż-żgħar. Qal li dan ma jkunx possibbli mingħajr l-involviment tal-organizzazzjonijiet lokali.

Is-Sindku tal-Qrendi David Schembri rringrazzja lill-Ministeru u lill-Awtorità tat-Turiżmu li permezz ta’ dan il-proġett qed ikun hemm għarfien dwar il-kultura ta’ din il-lokalità. Temm jgħid li proġetti bħal dawn huma essenzjali għar-residenti tal-lokal imma wkoll għat-turisti li jżuru l-Qrendi.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar