Barranin
Irrevokata deċiżjoni biex Apple tħallas €13-il biljun f’taxxi b’lura lill-Irlanda

Il-kumpanija tat-tekonoloġija Apple mhux se tkun obbligata li tħallas mat-€13-il biljun f’taxxi b’lura lill-Irlanda wara li rebħet l-appell li fetħet quddiem it-tieni l-għola Qorti fl-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti Ewropea irrevokat deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea fl-2016, billi ikkonkludiet li l-Kummissjoni ma ppruvatx li Apple kisret ir-regoli ta’ kompetizzjoni.

Id-deċiżjoni qed titqies bħala daqqa ta’ ħarta għall-ħidma li qed twettaq l-Unjoni Ewropea kontra allegat evażjoni ta’ taxxa. Madanakollu, l-Kummisjoni Ewropea għadha fiċ-ċans li tapplika.