Lokali
“Irridu nitgħallmu ngħixu b’dan id-dulur” – oħt Caroline Magri

Oħt Caroline Magri qalet li hi u familtha jridu jitgħallmu jgħixu bid-dulur tat-telfa tagħha.

Caroline, omm ta’ sebat itfal, kienet inqatlet minn Djibril Ganiou fl-età ta’ 41 sena. Hija kellha għonqha mħanxar u daqqiet ta’ sikkina, bil-katavru tagħha jinstab fuq sodda f’residenza f’Ta’ Giorni.

Ilbieraħ, Ganiou kien ikkundannat 30 sena ħabs wara li ammetta għall-qtil ta’ Caroline Magri tliet snin ilu.

Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, Djibril Ganiou ammetta għall-qtil ta’ Magri, wara li ntlaħaq qbil mal-Avukat Ġenerali fuq il-piena, u għalhekk ma għaddix ġuri.

Fuq Facebook, oħt il-vittma qalet li ebda sentenza mhi biżżejjed għax huwa ħadilhom lil Caroline għal dejjem u qatt ma tista’ terġa’ lura magħhom.

Qalet li s-sentenza tal-Qorti ma għalqitx dan il-kapitlu u se jkollhom jitgħallmu jgħixu bid-dulur tat-telfa t’oħtha. Appellat lin-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza biex jieħdu ħsieb ħajjithom qabel ma jkun tard wisq.

Ara wkoll:

Jeħel 30 sena ħabs wara li ammetta li qatel lil Caroline Magri

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-kumpanija tal-ajru Emirates qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji f’dak li għandu x’jaqsam mal-iġenje, is-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri kif ukoll tal-ħaddiema tagħha. L-uniformi l-ġdida tal-membri tal-ekwipaġġ se tinkludi mil-lum ‘il quddiem…

Press Briefings

Public Health Superintendent Prof. Gauci will address the media at 12.30pm on the latest updates of new Covid-19 cases in Malta. The live press conference will be transmitted on TVM,…

COVID-19

Bil-kliem “Grazzi” u qawsalla kbira fuq il-ġenb b’turija ta’ apprezzament għall-ħidma tal-frontliners fl-imxija tal-COVID-19, ajruplan tad-DHL Express wasal Malta għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu minn Marsilja b’tagħmir mediku. Wara li aktar…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li persuna li ġiet irrappurtata bħala vittma tal-coronavirus, il-virus ma kienx il-kawża prinċipali tal-mewt tagħha. Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li…

Aktar