Qorti
Irrifjuta l-breathalyzer u swietu qares

Sewwieq li rrifjuta l-ordni tal-Pulizija li jagħmel test tan-nifs għall-alkoħol x’aktarx ħaseb li ħelsiha ħafif, wara li ħareġ ’il barra bid-daqq mill-Qorti tal-Maġistrati.

F’Ottubru li għadda Wayne Portelli ta’ 29 sena ġie lliberat mill-akkużi li saq karozza taħt l-effett tax-xorb, u li rrifjuta li jagħmel test bil-breathalyzer. Il-Qorti ma sabitux ħati peress li n-numru tal-karta tal-identità tiegħu kien tniżżel ħażin fl-affidavit imħejji mis-Surġent.

L-Avukat Ġenerali iżda appella mis-sentenza, u l-każ reġa’ nstema’ quddiem il-Qorti tal-Appell, li ħadet deċiżjoni differenti.

Il-Qorti semgħet kif Portelli twaqqaf mill-Pulizija f’San Ġiljan peress li l-karozza li kien qed isuq kellha l-pjanċi mad-dashboard. Meta marru jkellmuh dawn innutaw li kellu riħa ta’ xorb u li beda jħawwad fid-diskors. Meta l-Pulizija qalulu biex jagħmel il-breathalyzer test huwa baqa’ jirrifjuta, anki meta infurmawh li dan jitqies bħala reat.

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, qablet mal-Avukat Ġenerali li l-iżball fin-numru tal-karta tal-identità ma kellux iwassal biex Portelli jiġi lliberat, għaliex in-numru mniżżel fid-dokument tal-breathalyzer iffirmat minn Portelli u dak imniżżel fl-akkużi kien korrett.

Portelli għalhekk instab ħati tal-akkużi u kien immultat €1,800, waqt li kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar