Kurżitajiet
Irriskja li jmut biex ipejjep sigarett barra l-isptar

Raġel li kien liebes il-qalziet ta’ taħt u kellu sikkina f’dahru ħareġ mid-Dipartiment tal-Emerġenza fi sptar fir-Russja f’temperatura ta’ 10 taħt iż-żero biex ipejjep sigarett.

Il-pazjent li għandu 34 sena kien qed joħroġlu d-demm mill-ferita u daħal lura l-isptar wara li ġie mwissi li kien se jmut jekk jibqa’ barra.  Huwa ġie ffilmjat minn infermier li kien ixxukkjat meta lemħu miexi lura lejn il-kamra tiegħu fl-isptar.

Ir-raġel indarab waqt ġlieda li fiha kien hemm involuti xi nies xurbana.  Il-ħaddiema tal-ambulanza marru jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel fuq il-post u kulma għamlu poġġewlu garża madwar il-ferita għax ma rriskjawx ineħħulu s-sikkina.

Wara dan l-episodju, fejn it-tobba u l-infermiera wissew lill-pazjent bir-riskju li kien qed ipoġġi lil ħajtu jekk joħroġ barra fil-kesħa għal sigarett, jirriżulta li sarlu intervent kirurġiku biex titneħħa s-sikkina minn dahru u qaleb għall-aħjar.

Twissija – dan il-filmat jista’ jkun grafiku u jdejqek inti u tarah.

 

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar