Infrastruttura
Irtirati l-applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol f’Ħal Far u Ħaż-Żabbar

Żewġ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol fuq art ODZ f’Ħal Far u f’Ħaż-Żabbar ġew irtirati ftit qabel ma l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien se jiddeċiedi fuqhom.

Id-direttorat tal-ippjanar kien diġà rrakkomanda li l-applikazzjonijiet jiġu rrifjutati minħabba li ż-żewġ postijiet magħżula ma jikkwalifikawx skont il-policy għal pompi tal-petrol ġodda, kif ukoll għaliex biex isiru kienet se tittieħed ħafna art agrikola.

L-applikazzjoni għall-pompa f’Ħaż-Żabbar fuq medda ta’ 3700 metru kwadru saret fl-2010.

L-applikazzjoni għall-pompa tal-petrol f’Ħal Far fuq medda ta’ 4200 metru kwadru wkoll sabet bosta oġġezzjonijiet u ġiet irtirata qabel mal-bord laħaq ivvota fuqha.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar