Irvell f’ħabs Messikan iħalli 52 persuna mejta

Tal-inqas 52 persuna tilfu ħajjithom f’irvell fi sptar qrib Monterrey fit-Tramuntana tal-Messiku.

Il-Gvernatur tal-istat Nuevo Leon, Jaime Rodriguez qal li 12-il persuna oħra indarbu fil-ħabs Topo Chico wara li matul il-lejl faqqa’ l-inkwiet bejn priġunieri li jappoġġjaw fazzjonijiet rivali.

Uffiċjali qalu li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u li l-ebda priġunier ma ħarab.

Folol ta’ nies imħassba dwar il-qraba tagħhom fil-ħabs imblukkaw it-toroq li jdawru l-ħabs.