Irvellijiet f’belt fl-Olanda kontra l-pjan għall-bini ta’ ċentru għar-refuġjati

Protesti f’Geldermalsen l-Olanda kontra l-pjani għall-bini ta’ ċentru ġdid għall-immigranti. Il-protesti spiċċaw inbiddlu f’irvell tant li l-laqgħa kellha titħassar hekk kif id-dimostranti qattgħu l-lqugħ u waddbu logħob tan-nar lejn il-pulizija li rritaljaw b’tiri ta’ twissija.

Pajjiżi Ewropej qed jaffaċċjaw numru rekord ta’ refuġjati filwaqt li ħafna immigranti qed jidħlu l-Greċja illegalment mit-Turkija. Il-Ministru tas-Sigurtà u l-Ġustizzja Olandiż Klaas Dijkhoff qal li d-dimostranti qabżu l-linja. Fuq it-televiżjoni qal li ssib xelter għar-refuġjati ipoġġi mistoqsijiet diffiċli iżda hemm limiti meta wieħed irid jesprimi l-opinjoni tiegħu.

Il-kriżi tal-immigrazzjoni mistennija tiddomina l-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea llum.