Unjoni Ewropea
Is-751 ewroparlamentari jiltaqgħu għall-ewwel darba fi Strasburgu

Is-751 ewroparlamentari li ġew eletti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju ltaqgħu għall-ewwel darba fi Strasburgu għall-ewwel sessjoni parlamentari.

Din hija d-disa’ leġiżlatura mindu bdew isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew erbgħin sena ilu.

L-Erbgħa, l-ewroparlamentari mistennija jeleġġu l-President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. Il-President imexxi l-attivitajiet tal-Parlament, jippresiedi s-seduti plenarji u jiffirma l-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea.

Waqt li fi Brussell il-mexxejja Ewropej fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat komplew bil-konklavi jipprova jsib kompromess dwar il-persuni li ser jokkupaw il-karigi ewlenin tal-istituzzjonijiet, fi Strasburgu, il-gruppi politiċi għaddejjin b’taħditiet dwar min se jkunu l-kandidati għall-Presidenza tal-Parlament/.

Miriam Dalli, il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew qalet “għaddejjin b’taħditiet biex naraw li kemm jista’ jkun ikun hemm billanċ politiku bejn l-ogħla istituzzjonijiet differenti Ewropej, inkluż ukoll il-Parlament Ewropew.”

Roberta Metsola, il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew qalet “dak kollu li jiġi deċiż fi Brussell irid jiġi approvat fi Strasburgu. Dan ifisser li kollox jagħti għall-ieħor.”

Fi Strasburgu se jiġu ffurmati t-22 kumitat tal-Parlament, li xogħolhom hu li eżaminaw il-liġijiet il-ġodda, jipproponu emendi u jahtru timijiet sabiex jinnegozjaw mal-Kunsill fuq temi li jvarjaw mit-trasport għall-protezzjoni tal-konsumatur.

Il-Parlament Ewropew hu ffurmat minn seba’ gruppi politiċi, bl-ikbar tnejn huma l- Partit Popolari Ewropew u l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. 57 ewroparlamentari m’huma affiljati mal-ebda grupp politiku.

L-iżgħar ewroparlamentari hija d-Daniza Kira Marie Peter-Hansen li għandha 21 sena u waqt li Silvio Berlusconi, li għandu 82 sena huwa l-akbar wieħed fl-età. 61% tal-ewroparlamentari huwa wċuħ ġodda u hawn aktar nisa minn kemm kien hawn fl-aħħar leġiżlatura.

Din il-leġiżlatura bdiet b’751 ewroparlamentari, inkluż is-sitt ewroparlametari Maltin. Madanakollu, meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea se jonqsu 46 ewroparlamentari. Kelliema għall-Parlament Ewropew ikkonfermat li l-għada li jseħħ Brexit, l-għadd tal-ewroparlamentari se jinżel għal 705.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar