Sigurtà
Is-CPD b’vetturi ġodda li jilħqu għoli ta’ madwar 11-il sular

Biż-żieda fil-bini għoli, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jattrezza ruħu b’vetturi li jilħqu għoli konsiderevoli. Fl-istazzjoni tax-Xemxija, ġie inawgurat turntable ladder li kapaċi jitla’ f’għoli ta’ madwar ħdax-il sular. Fl-istess ħin id-dipartiment qed jaħseb biex jixtri vetturi li jilħqu għoli ta’ aktar mid-doppju ta’ dan.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili inawgura turn table ladder li inxtara b’investiment ta’ nofs miljun ewro. Il-vettura tista titla f’għoli ta’ 32 metru.

Fl-istess waqt fl-istazzjon tax-Xemxija, ġie iffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Awtorità tal-Ippjanar, biex l-Awtorità tixtri turn table ladder ieħor li mistenni jiswa €690,000.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila qal li l-ħsieb hu li jkun hemm 10 vetturi għal emerġenzi f’bini għoli. L-għola wieħed mistenni jitla’ sa 70 metru jew madwar 24 sular.

”Qatt ma’ tista’ titla’ sa fuq nett imma 70 metru lilna jgħinna ntellgħu l-għodda u nkunu aktar effiċjenti għax meta taqta 70 metru turgien iħaffiflek ix-xogħol.”

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li d-dħul li qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar mill-permessi qed jintradd lura lill-komunità. Dr Borg qal li fil-ġimgħat li ġejjin se titħabbar awtorità ġdida li se tieħu ħsieb il-kwalità tal-kostruzzjoni u tiżgura sigurtà.

Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia qal li dan l-investiment fl-għodda tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa bħala parti mill-pjan ta’ seba’ snin li jassigura li d-dipartiment ikollu riżorsi meħtieġa għad-doveri tiegħu.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Edukazzjoni

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat…

Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Aktar