Barranin
Is-sajf jaf isir wisq sħun għan-nies f’ċertu partijiet tad-dinja

Is-sħana tas-sajf, speċjalment meta wieħed ikun qed jaħdem f’ċertu kundizzjonijiet, tista’ tkun perikoluża, u tista’ anki twassal biex jieqfu jaħdmu l-organi.

F’servizz tal-BBC ħareġ kif sa tmenin sena oħra, is-sħana eċċessiva hija mistennija li tolqot mal-1.2 biljun persuna; erba’ darbiet iktar mil-lum.

Ix-xjentisti spjegaw kif ir-riskju jkun ikbar meta l-ġisem jibda jisħon iżda l-għaraq ma jibdiex jevapora minħabba l-umdità.

Bħalissa din qed tiġri b’mod partikolari lill-ħaddiema tas-saħħa, li qed jilbsu tagħmir protettiv kontra l-Covid-19, iżda taħt diversi saffi ta’ plastik ġisimhom mhux qed ikun jista’ jiffriska b’mod naturali.

Bit-tibdil tal-klima huwa mbassar li mas-sħana tiżdied ukoll l-umdità, u x-xjentisti jemmnu li ċertu postijiet fid-dinja kapaċi jsiru wisq sħan biex in-nies jgħixu fihom.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

Aktar