Edukazzjoni
Is-salarju tal-għalliema Maltin huwa fl-istess livell ta’ għalliema fl-Italja u Franza

Il-Minsitru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħabbar illi hemm 150 student li qed jistudjaw għal għalliema fil-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta.

Il-Ministru Bartolo, kien qed jitkellem fil-Parlament meta introduċa t-tieni qari abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni.

Il-Ministru Bartolo qal li n-numru ta’ studenti f’dan il-kors huwa d-doppju tas-sena li għaddiet. Huwa qal li qed tkompli l-ħidma biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema fejn qal li bħala medja, is-salarju tal-għalliema Maltin huwa fl-istess livell ta’ għalliema fl-Italja u Franza u ħafna aħjar minn kemm jitħallsu għalliema Griegi li jgawdu salarju ta’ 13-il elf ewro fis-sena.

Huwa qal li għalliema fil-Bulgarija jitħallsu mal-€5,000 fis-sena waqt li fil-Lussemburgu jitħallsu €60,000 fis-sena.

L-għalliema Maltin għandhom salarju ta’ €22,600 minbarra allowances u żidiet oħrajn.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li fl-Unjoni Ewropea u l-bqija tad-dinja hemm nuqqas serju ta’ għalliema. Huwa żied jgħid illi hemm nuqqas akut ta’ għalliema f’74 minn 200 pajjiż.

Dwar l-abbozz, il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li se jiżdiedu l-multi jibgħatux it-tfal jekk ġenitur ma josservax ordnijiet mogħtija mill-Kummissarju għall-Ġustizzja f’każ ta’ assenteiżmu u mill-Bord għall-Affarijeit Edukattivi li se jiddeċiedi fuq każijiet fejn ġenituri separati ma jaqblux dwar l-interessi edukattivi ta’ wliedhom.

Huwa qal li qed jiżdiedu l-multi għal min jhedded jew jikkommetti vjolenza fuq għalliema u persuni oħra involuti fi skola anki jekk ikunu qed iwettqu ħidma volontarja. Il-multi se jkunu ta’ bejn €800 u €5,000. Il-klawsola saret fuq suġġeriment tal-union tal-għalliema l-MUT.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjonji Clyde Puli qal li l-abbozz ma joħloqx kunflitti iżda wieħed irid jara jinħolqux problemi fit-twettiq tal-miżuri fl-istess abbozz. Huwa qal li hemm problema ta’ governanza fl-iskejjel u fid-diviżjoni tal-edukazzjoni.

Id-Deputat Puli qal li s-sistema edukattiva għadha wisq ċentralizzata u saqsa jekk wasalx iż-żmien li jieqfu r-riformi edukattivi biex wieħed jirrifletti fuq is-suċċess jew falliment tagħhom. Qal li l-għalliema qabdithomn ”reform fatigue” bis-sena l-oħra tirreġistra l-akbar ammont ta’ għalliema li jitilqu mill-professjoni tagħhom.

Huwa semma’ li l-iskejjel tal-Qawra, l-Imsida u r-Rabat Għawdex għadhom ma tlestewx .

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jum il-Ħelsien serva ta’ sfond għall-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li kien fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-messaġġ tal-bieraħ tal-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela. F’messaġġ…

Lokali

Malta fakkret il-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien, il-ġrajja li tfakkar it-tluq tas-servizzi Ingliżi u t-tmiem ta’ Malta sservi bħala bażi militari. Il-41 anniversarju mill-ġrajja tal-31 ta’ Marzu 1979 kellu jgħaddi…

Lokali

Il-Professur Charmaine Gauci, barra tgħallem dwar il-qasam tas-saħħa pubblika fl-Università ta’ Malta, hija wkoll is-Supertendent għas-Saħħa. Hija speċjalizzat fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-epidemoloġija u l-mard infettiv kif ukoll nediet kampanja dwar…

Avjazzjoni

Transport Malta irrifjutat l-ajruplan Spanjol A330-202, għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport. Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-permess ma ngħatax anki fl-isfond li bħalissa…

Aktar