Is-salini tal-melħ tas-Salina jgħaddu f’idejn Birdlife wara restawr ta’ €7 miljun

Sit ieħor ta’ importanza ambjentali ġie mgħoddi mill-Gvern lill-Birdlife biex timmaniġġjah. Iż-żona tas-salini tal-melħ fis-Salina, li ġiet irrestawrata fi proġett li sewa mas-seba’ miljun ewro, għadda formalment f’idejn il-Birdlife biex tamministrah ma’ siti oħra fosthom ir-riżervi naturali tas-Simar u tal-Għadira. Il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera qal lil tvm.com.mt li għaddejjin taħditiet biex anki l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti jingħataw titlu fuq art oħra tal-Gvern.

Is-salini tal-melħ fis-Salina, spiss post ta’ mistrieħ għat-tajr tal-baħar fosthom il-Fjamingi se jkollhom il-protezzjoni tal-Birdlife li bi ftehim mal-Gvern ngħatat titlu biex tamministra dan il-post.

Il-ftehim ġie ffirmat fis-Salini stess u jipprovdi biex il-pubbliku jkun jista’ jżur dan il-post biex jara l-produzzjoni tradizzjonali tal-melħ u japprezza l-arkeoloġija tal-post li tmur lura għal żmien il-Kavallieri u possibilment għal żmien ir-Rumani.

salina-3

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife, Mark Sultana, qal li din hija turija ta’ fiduċja mill-Gvern f’Birdlife li tilqagħa bir-responsabilità li ġġib magħha. Huwa qal li l-Birdlife mhix se toqgħod lura milli tikkritika fejn hemm bżonn, iżda lesta taħdem id f’id mal-Gvern biex jintlaħqu l-obbligi ambjentali.

“Nitolbu lill-Gvern jagħti kas li l-ambjent naturali u l-importanza tal-ambjent toħroġ mill-konfini tar-riżervi to the extent li anki tinfirex fil-kultura ta’ Malta, iktar milli niffukaw fuq pockets żgħar tal-ambjent,” qal Mark Sultana.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li b’dan il-ftehim il-Gvern qed jibgħat sinjal ieħor li jemmen bis-sħiħ fl-għaqdiet mhux governattivi. Huwa qal li Birdlife Malta tul is-snin uriet li hija kompetenti u professjonali biex tmexxi proġetti ambjentali.

Mistoqsi minn tvm.com.mt jekk hemmx pjani għal ftehim simili mal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u n-Nassaba, Dr Herrera kkonferma li għaddejjin taħditiet informali.

salini-internal4

“Mingħajr ma kkonkludejna xejn qed niddiskuti mal-għaqdiet tal-kaċċaturi u n-nassaba dwar il-possibilità li nagħmel agreement fuq l-istess linji fejn ikunu jistgħu jikkaċċjaw però b’obbligi li jippriżervaw iż-żona li jien inkun għaddejtilhom,” qal il-Ministru Herrera.

Il-Birdlife ntrabtu li jieħdu ħsieb is-Salini fejn fl-aħħar snin sar restawr estensiv mill-Gvern b’finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttrua, Joe Mizzi qal li l-proġett beda fl-2012 u ġie jiswa 7 miljun ewro.

“Dan kellu jitlesta fl-2013. Meta ħadna over aħna kien għadu fil-bidu. Kien hemm ħafna problemi – kemm mill-aspett li wieħed jipproġetta x-xogħol li jrid isir u l-ħsarat kbar li kien hawn li ma kienx daqshekk faċli biex tagħmilhom”, qal il-Ministru Joe Mizzi.

Il-Ministru Mizzi spjega li l-proġett kien jinvolvi fost oħrajn ir-restawr tas-salini u ta’ fortifikazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri kif ukoll tat-tliet huts li jintużaw mill-produtturi tal-melħ.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer…

Stejjer Umani

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi…

Festi

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali….

Lokali

Tintemm uffiċjalment illejla s-sena li matulha l-belt kienet il-kapitali Ewropea tal-kultura bl-attività “L-Aħħar Festa” li tibqa’ sejra sa tard ħafna illejla. Valletta 2018 iżda se tibqa’ għaddejja permezz ta’ numru…

Aktar