Immigrazzjoni
Is-salvataġġ tal-immigranti: il-Gvern Malti qabbad dgħajjes privati jgħinu u bagħat ikel u xorb il-Libja

Jissokta l-istħarriġ ta’ Television Malta dwar l-operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ dinghy, li dwaru qed ikun allegat li mietu xi nies u qed issir inkjesta.

Mill-istħarriġ ta’ TVM jirriżulta li ajruplani tal-armata taru distanza ta’ aktar minn 3,600 mil nawtiku sakemm illokalizzaw id-dinghy. Fl-aħħar sigħat, sorsi infurmati spjegaw lil TVM li l-lanċa tas-sajd li tellgħet abbord lill-immigranti li kienu fuq id-dinghy, kienet waħda mid-dgħajjes privati li l-gvern Malti kkummissjona biex jassistu fis-salvataġġ. Barra minn hekk, fl-istess żmien il-gvern Malti bagħat Tripli lanċa oħra bi 30 tunellata ta’ ikel u xorb f’għajnuna umanitarji ghall-immigranti.

Jumejn ilu, Television Malta rrapporta li f’operazzjoni waħda ta’ tiftix u salvataġġ ta’ grupp ta’ immigranti li minnu qed ikun allegat li mietu xi nies, il-Forzi Armati tajjru l-ajruplani tagħhom għal aktar minn 20 siegħa sakemm ġie lokalizzat id-dinghy. L-ajruplan baqa’ jtir f’distanza ferm ‘il bogħod minn Malta sakemm fil-lejl bejn it-13 u l-14 ta’ April waslet l-għajnuna minn fuq il-baħar u sar is-salvataġġ.

Minn aktar stħarriġ li għamel Television Malta, jirriżulta li f’dak il-perjodu l-patrol boats tal-Forzi Armati kienu impenjati b’rondi ta’ rutina; il-ħarsien tal-fruntieri biex ma jidħlux jew joħorġu dgħajjes minn Malta skont avviż legali ppubblikat mill-gvern minħabba l-coronavirus; u l-armata kienet qed tikkoordina x-xogħol relatat ma’ ħames dgħajjes b’immigranti fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabilita’ ta’ Malta. Fl-istess żmien kienet qed toħroġ informazzjoni li mal-1,000 immigrant kienu telqu mil-Libja u rapport, li għerqu xi imigranti li kienu fuq dingy ieħor li aktar tard ħareġ li ma kienx veritier.

Sorsi infurmati qalu lil Television Malta li l-gvern Malti kien diġà qed jagħmel arranġamenti biex jekk meħtieġ, dgħajjes privati jassistu fis-salvataġġ ta’ immigranti. L-istess sorsi qalu li d-dgħajjes li aċċettaw li jassistu, intalbu jbaħħru lejn żoni fejn kien maħsub li waslu l-immigranti.

Malli f’nofs ta’ lejl l-ajruplan tal-Forzi Armati llokalizza d-dinghy bl-immigranti, waħda minn dawn id-dgħajjes privati li kienet lanċa tas-sajd ġiet gwidata fuq il-post. Din il-lanċa tas-sajd għamlet is-salvataġġ, bil-persuni kollha fuq id-dinghy ttellgħu abbord. F’dan il-ħin, assista wkoll il-vapur tal-merkanzija, IVAN, tas-Suardiaz Lines li offra kenn biex sar is-salvataġġ. Bil-portijiet fl-Italja u Malta magħluqa minħabba l-emerġenza tal-COVID-19, jirrizulta li sar il-kordinament mehtieg biex il-lanċa tas-sajd bl-immigranti tidħol Tripli.

Fl-isfond ta’ din l-emerġenza ta’ immigrazzjoni fil-Mediterran, s-sorsi ta’ Television Malta qalu li f’ġest umanitarju l-gvern Malti bagħat kunsinna ta’ ikel u xorb fil-Libja. Sorsi fil-gwardja tal-kosta Libjana qalu li ffaċilitaw biex din il-lanċa mibgħuta mill-gvern Malti wasslet fi Tripli 30 tunellata ta’ ikel u xorb biex jitqassmu fiċ-ċentri fejn jinżammu l-immigranti. Din il-lanċa daħlet Tripli ftit wara li waslu l-immigranti salvati. Kien f’dan l-isfond li l-Ministru Evarist Bartolo għamel appell lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi €100 miljun f’għajnuna umanitarja għal Libja.

Għal sensiela ta’ domandi mibgħuta minn dan l-istazzjon, kelliem għall-gvern Malti kkonferma li f’dawk is-sigħat Malta kienet qed jikkoordina biex l-immigranti li kienu fuq il-baħar jiġu salvati anke permezz ta’ dgħajjes privati. Sorsi legali spjegaw li din hi proċedura normali skont kif imniżżel fil-Konvenzjon tat-Tiftix u Salvataġġ tal-1979 li tobbliga lil pajjiż jikkordina s-salvatagg fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar