Lokali
Is-saqaf li ċeda f’dar fl-Isla: il-familja tingħata residenza alternattiva sakemm isir ix-xogħol

Il-Familja Abela, li ħmistax ilu kellha tittieħed l-isptar wara li waqgħet parti mis-saqaf tal-kamra tas-sodda fuqha f’nofs ta’ lejl, ingħatat akkomodazzjoni alternattiva sakemm isir ix-xogħol ta’ tiswija u jitneħħa l-periklu mill-appartament tagħhom. Il-kap Eżekuttiv tal-awtorità tad-djar appella biex ma jsiru l-ebda tibdil strutturali fl-appartament jekk mhux bl-approvazzjoni tal-awtorità.

Ħmistax ilu ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom meta spiċċaw maħsuda f’nofs ta’ lejl għax kienet waqgħet galletta mis-saqaf. Sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa fl-appartament tagħhom fi Triq it-Tarzna fl-Isla, il-familja Abela ingħatat akkomodazzjoni temporanja fl-Imsida.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li tliet snin ilu saru tiswijiet fl-appartament tal-familja Abela wara li beda ħiereġ l-ilma mill-kamra tal-banju tal-appartament ta’ fuqhom. Is-Sur McKay qal iżda li wara ingħalaq il-każ.

“Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li din il-kamra tas-sodda, oriġinarjament u skond il-pjanti kellha tkun il-kamra tal-banju u tajjeb wieħed isemmi li tgħattiet b’suffitt u ma stajniex naraw il-problema li kienet qed tinbena,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay.

Is-Sur McKay saħaq li fl-appartamenti mikrija mingħand l-awtorità tad-djar m’għandu jsir l-ebda xogħol ta’ alterazzjoni, inkluż li jinbidel l-iskop tal-kamra, jekk mhux bl-approvazzjoni tal-awtorità. Kompla li l-awtorità ikollha mal-200 talba fix-xahar għall-tiswijiet f’appartamenti tagħha li lkoll jiġu spezzjonati minnufih. Qal li filwaqt li f’każi ta’ tiswijiet żgħar, il-familji jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-istess apprtament, f’oħrajn fejn il-periti jqisu li l-ħsara strutturali tkun meqjusa bħala perikoluża, il-familji jiġu rilokati.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità appella għall-kooperazzjoni tar-residenti biex jieħdu ħsieb il-binja mikrija lilhom.

Nitlob lil familji biex iżommu manteniment regolari bħal taħlib u żebgħa u xogħolijiet oridinarji għax hekk naraw li ma jkunx hemm periklu għalihom.

Is-Sur McKay qal li l-awtorità tad-djar kull sena tinvesti aktar minn żewġ miljun u ħames mitt elf ewro f’tiswijiet fil-madwar 7,000 appartament li għandha mikrija.

Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, Frank Fabri qal li r-risk assessors li huma liċenzjati mal-OHSA, daħlu fl-iskejjel kollha biex jiċċertifikaw skola, skola hix tabilħaqq preparata għall-ftuħ fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija….

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Matul il-jum tal-Ħadd inġabret is-somma ta’ €1,436,955 għal Dar Bjorn. Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u…

Is-satelliti li hawn fl-ispazju fuq Malta jipproduċu informazzjoni utli dwar il-kurrenti tal-baħar u l-effetti li għandhom fuq il-kosta Maltija. Grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ħolqu sistema teknoloġika li permezz tagħha…

Aktar