Kurżitajiet
Is-sarvetta tista’ tikkawża l-avvelenament fl-ikel

L-użu ta’ ħafna drabi mis-srievet jista’ jżid ir-riskju ta’ food poisoning.

Xjentisti mill-Università ta’ Mauritius eżaminaw 100 sarvetta li ntużaw għal xahar sħiħ.

Huma sabu li hemm ċans akbar li wieħed isib l-E.coli fis-srievet meta wieħed jużahom għall-diversi affarijiet – biex jimsaħ il-platti, il-wiċċ tal-medja u l-idejn. Ir-riskju jikber f’dawk il-kċejjen li jissajjar ħafna l-laħam.

L-użu ripetittiv tas-srievet iżid ir-riskju wkoll li tinxtered il-baktirja.

Għaldaqstant wieħed għandu jibdel is-srievet u l-isponoż. Uħud mill-esperti jgħidu li s-sarvetta għandha tinbidel kuljum u tinħasel b’temperatura ta’ 60C. Wieħed jista’ juża wkoll srievet disposable.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Kurżitajiet

Jidher li għadha kif iffurmat koppja ġdida ta’ Hollywood mill-atturi ta’ fama mondjali Brad Pitt u Charlize Theron. Skont il-media barranija, Pitt u Theron bdew joħorġu flimkien xahar ilu u…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Aktar