Barranin
Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż fiduċjuż li r-Renju Unit se jħalli lill-UE fl-aħħar tax-xahar

Ikompli ż-żmien ta’ inċertezza fir-Renju Unit bi Brexit jitħabbel iżjed kulma jmur u iktar ma toqrob il-ġurnata li fiha r-Renju Unit għandu jħalli lill-Unjoni Ewropea, nhar il-Ħamis 31 t’Ottubru. Minkejja li lbieraħ il-Gvern ta’ Boris Johnson tilef vot fil-Parlament Ingliż u kellu kontra qalbu jitlob estensjoni tad-data tat-tluq, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Dominic Raab qal li jinsab fiduċjuż li r-Renju Unit se jħalli lill-blokk Ewropew bi ftehim fl-aħħar tax-xahar.

“I think many of your viewers at home would be astonished. We’ve actually secured a deal with the EU, a lot of people said the prime minister couldn’t do that. He has got that deal. We seem to have the numbers in the House of Commons. Why hasn’t parliament pushed this through? That is what we are going to do next week.”

Raab qal li l-House of Commons m’għandhiex tkompli tagħti gambetti lil Johnson.

F’seduta is-Sibt, l-ewwel waħda f’din il-ġurnata fl-aħħar 37 sena fil-House of Commons, Johnson tilef il-vot u u kellu jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tipposponi Brexit. Dan għamlu f’ittra mhux iffirmata, li kienet akkumpanjata minn ittra oħra ffirmata minnu li fiha tenna li l-posponiment ta’ Brexit huwa żball kbir.

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk ikkonferma li rċieva it-talba għal estensjoni u qal li se jkun qed jikkonsulta dwarha mal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea.

Johnson min-naħa tiegħu se jkompli jimmanuvra biex jipprova jikseb l-approvazzjoni għal ftehim li għandu mal-Kummissjoni Ewropea billi jgħaddi liġi apposta. Dan għaliex teknikament il-vot tal-bieraħ ma kienx dwar il-ftehim milħuq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Pollakk kiteb ittra lill-kumpanija Netflix li fiha insista li jsiru tibdiliet fid-dokumentarju dwar il-kampijiet Nażżisti ta’ konċentrament. Il-Prim Ministru Mateusz Morawiecki qal li mappa li tintwera fis-sensiela, tpoġġi…

Barranin

Fil-Bolivja, is-senatriċi tal-oppożizzjoni Jeanine Áñez iddikjarat lilha nnfisiha bħala l-president transitorju ġdid tal-istat Sud Amerikan wara r-riżenja ta’ Evo Morales. Il-politikani mill-partit ta’ Morales ibbojkottaw is-sessjoni fil-parlament u għaldaqstant ma…

Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Aktar