Kultura
Is-seħer tan-nar fuq il-bniedem iċċelebrat fil-kunċert Ħuġġieġa

B’fondi li ngħataw mill-kunsilli Malti għall-arti, is-soċjetà mużikali ta’ Ħaż-Żebbuġ 12th May se jtellgħu kunċert innovvativ b’xogħol ta’ kompożituri lokali u bis-sehem ta’ atturi lokali. It-tema ta’ dan il-kunċert bl-isem ta’ Ħuġġieġa se jkun in-nar, mhux biss in-nar tal-festi, iżda minħabba li l-festi nfushom iqajmu entużjażmu kbir fil-komunitajiet tal-pajjiż.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-President tal-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ, in-Nutar Mariella Mizzi qalet li bħalissa bl-għajnuna ta’ Dr Tonio Portughese, is-soċjetà qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa, kunċert li innovattiv li se jlaqqa’ diversi forom ta’ arti, fosthom il-mużika tal-bandisti, l-arti viżwali, u anki l-arti tad-drama bis-sehem ta’ atturi. Qalet li għall-kunċert se jiġi ppreżentat xogħol ġdid mill-kompożituri Alex Vella Gregory, Véronique Vella, Albert Garzia u Euchar Gravina li ħolqu mużika kontemporanja.

Is-Surmast Hermann Farrugia Frantz spjega lil TVM l-ispirtu li se jwassal dan il-kunċert.

“Is-suġġett huwa ispirat min-nar, in-nar fis-sens sħiħ, nar ta’ mħabba, gwerer, ħeġġa u tama u n-nar li nilagħbu bih fil-piroteknika”

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura Owen Bonnici qal li dan il-kunċert huwa importanti għaliex qed iwassal iktar il-messaġġ tal-bżonn li l-arti tasal għand in-nies, anki b’dawn il-modi innovattivi fejn il-mużika tal-banda se tingħaqad ma’ forom oħra artistiċi biex twassal l-imħabba għall-arti. Huwa ħeġġeġ lill-għaqdiet mużikali oħra biex jersqu għand il-Kunsill Malti għall-Arti biex iressqu proġetti li bihom ikattru iktar l-imħabba sabiħa għall-arti.”

Il-kunċert Ħuġġieġa se jittella’ nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Fl-aħħar tliet snin, aktar minn 8,100 persuna jew werrieta tagħhom ħadu bejniethom aktar minn 44 miljun ewro f’kumpens finanzjarju li jagħmel tajjeb għal anomaliji li kellhom meta kienu għadhom jaħdmu….

Statistika

In-nefqa fuq il-protezzjoni soċjali f’Malta tilħaq 16% tal-Prodott Domestiku Gross, kważi 12% inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea. In-nefqa ta’ Malta f’dan il-qasam hija fost is-sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jonqfu lanqas…

Kronaka

Il-familja Caruana Galizia qalet fi stqarrija li l-Prim Ministru m’għandux ikollu x’jaqsam xejn fl-investigazzjoni u għadu jibqa’ ‘l bogħod minnha. Il-familja Caruana Galizia sejħet l-arrest ta’ Yorgen Fenech bħala żvilupp…

Qorti

Robert Attila Majlat u Attilane Majlat magħrufa aħjar bħala Aniko, it-tnejn li huma mill-Ungerija, laqqtu 24 sena ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li ttraffikaw nisa mill-istess pajjiż għall-prostituzzjoni. Fil-Qorti nstema’…

Aktar