Toroq
Is-sena d-dieħla ppjanat li jibdew u jitlestew xogħlijiet f’120 triq residenzjali

L-aġenzija tat-toroq, Infrastructure Malta, qed tippjana li s-sena d-dieħla jitlestew il-120 triq residenzjali li x-xogħol fuqhom se jibda mill-bidu tas-sena d-dieħla.

Waqt li ta dettalji tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru matul is-sajf, il-Ministru għall-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg, qal li Infrastructure Malta diġà qed tidentifika t-tieni grupp ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun f’toroq f’seba’ snin.

Għalkemm ix-xogħlijiet fuq l-ewwel grupp ta’ 120 triq residenzjali għadhom ma bdewx, Infrastructure Malta qiegħda fil-proċess li tidentifika t-tieni grupp ta’ toroq residenzjali li għandhom bżonn dawra tajba minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Frederick Azzopardi, qal li se tibda titħaddem sistema ġdida li se żżid l-effiċjenza fil-bini tat-toroq.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Frederick Azzopardi “kull kuntrattur jekk jiġi awarded ix-xogħol irid jikkommetti ruħu li dejjem ikun qed jaħdem fuq sitt toroq differenti fl-istess ħin. Għaldaqstant meta dawn ix-xogħlijiet jibdew se jkollna minn dawn il-120, dejjem xogħlijiet għaddejjin fuq 30 fl-istess ħin. Bis-saħħa ta’ hekk se jagħmilha possibbli li nlestu dawn il-120 triq is-sena d-dieħla.”

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg ta rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru matul is-sajf b’investiment ta’ €17-il miljun. Fost oħrajn, il-Ministru Borg qal li l-proġett tal-Marsa-Ħamrun Bypass u Vjal l-Avjazzjoni, li jgħaqqad Ħal Kirkop ma’ Ħal Luqa, naqqas bil-kbir il-ħin tal-istennija għas-sewwieqa. Semma’ wkoll ix-xogħlijiet li saru f’għadd ta’ roundabouts fosthom tal-Mosta Technopark u f’Ħaż-Żebbuġ li qal tejbu l-andament tat-traffiku.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg ”intervjenejna wkoll b’affarijiet sempliċi bħal Ta’ Qali, il-proġett tal-Ħemsija u t-Telgħa ta’ Alla u Ommu fejn kellek bottlenecks sempliċi li ħadd qatt ma ried jiddeċiedi fuqhom u ħadd ma ried jintervjeni.”

Dwar il-proġett tal-Marsa Junction, Dr Borg qal li fil-ġimgħat li ġejjin il-karreġġjati fi Triq Aldo Moro se jiżdiedu għal 10 u wara tibda l-ħidma fuq il-flyovers. Qal li Infrastructure Malta għaddejja bit-tħejjijiet biex jibdew ix-xogħlijiet fuq il-mini ta’ Santa Luċija u l-proġett Central Link f’Ħ’Attard fost oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar