Qorti
Is-sena li għaddiet 177 persuna tressqu l-Qorti akkużati li kienu qed isuqu taħt influenza tax-xorb

Fi tweġiba parlamentari, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-liġi Byron Camilleri, qal li s-sena li għaddiet 177 persuna tressqu l-Qorti akkużati li kienu qed isuqu taħt influenza ta’ xorb alkoħoliku.

Il-Ministru qal li 151 minnhom tressqu l-Qorti f’Malta u 26 oħra tressqu fil-qorti t’Għawdex.