Barranin
Is-Senat Amerikan japprova liġi biex kumpaniji Ċiniżi ma jbigħux l-ishma tagħhom fuq il-boroż Amerikani

Is-senat Amerikan għadda liġi li biha jista’ jwaqqaf lil xi kumpaniji Ċiniżi milli jbigħu l-ishma tagħhom fuq il-boroż Amerikani.

Dan hekk kif kumpaniji barranin iridu jgħaddu minn awditjar u li jobdu regolamenti finanzjarji. Din il-miżura wara li għaddiet mis-senat trid tgħaddi mill-kamra tar-rappreżentanti Amerikani qabel ma tiġi ffirmata bħala liġi mill-President Amerikan Donald Trump.

Dan kollu jagħti prova oħra tat-tensjoni li hemm bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wara li Donald Trump qed jakkuża liċ-Ċina li kienet qed tikkontrolla lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u akkużaha wkoll li qed tigdeb fuq il-figuri.

Il-liġi l-ġdida mistennija wkoll tikxef jekk il-kumpaniji fuq il-boroz Amerikani humiex ta’ sidien barranin jew inkella wkoll jekk humiex ikkontrollati minn gvernijiet barranin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Barranin

Il-belt ta’ Minneapolis, fl-Istati Uniti, daħlet fit-tieni jum ta’ protesti u kaos, li anki wasslu għal fatalità. Il-protesti bdew wara li pulizija ġie ffilmjat iżomm irkupptejh fuq għonq raġel li…

Aktar