Is-sengħa tal-irkotta se titfakkar waqt l-IrkottaFest f’Ħal Kirkop

Ħal Kirkop dari kien dar ir-raħħala u hawn fejn l-iktar kienet tiġi prodotta rkotta friska. Il-familja Mangion minn tliet ġenerazzjonijiet bdew is-sengħa tal-irkotta li kienu jagħmluha mill-ħalib tan-nagħaġ tagħhom u jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Illum il-ġurnata, Carmen Mangion tagħmel l-irkotta għall-familja biss u tgħid li l-affarijiet friski huma l-aħjar iżda trid sagrifiċċju kbir biex tagħmilhom.

Tajba għas-saħħa u tajba fil-palat, l-irkotta illum hemm domanda kbira għaliha iżda r-raħħala dejjem qed jonqsu u jiżdiedu modi kif dan il-prodott xorta jitwassal fuq il-mejda.

Ħal Kirkop – għas-seba’ sena nfila qed iħejji biex ifakkar ir-residenti tiegħu fl-għeruq ta’ dan ir-raħal li llum il-ġurnata jgħodd mal-2,300 resident. Il-Ħadd se terġa’ tittella’ IrkottaFest li fost oħrajn tixħet dawl fuqil-mod tradizzjonali ta’ kif kienet issir l-irkotta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar