Kronaka
Is-serq f’Marzu naqas bi kwart fuq is-sena l-oħra – għaliex?

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, dan ma ġarax biss minħabba bidliet fir-rutina tal-ħajja tan-nies.

“L-isforzi tagħna qed jiżdiedu. Bħalma żidna l-Pulizija fit-toroq minħabba l-COVID-19, żidna wkoll il-Pulizija pajżana fit-toroq biex jiffukaw fuq dawn il-postijiet fejn qed iseħħu dawn ir-reati. Din hi parti mir-raġuni għalfejn ir-reati ta’ serq naqsu.”

F’analiżi tar-rapporti ta’ serq, l-ispettur Fleri spjega li d-direttivi lin-nies biex ma joħorġux wasslu għal tnaqqis qawwi fis-serq mid-djar u minn vetturi, pick-pocketing jew serq minn fuq anzjani li jiġu attakati fl-apert. Fl-istess ilma baqgħu r-rapporti ta’ serq mill-ħwienet, anke għaliex diversi kategoriji ta’ ħwienet baqgħu miftuħa. L-Ispettur Fleri qal li s-serq żdied minn tliet postijiet: kmamar fl-għelieqi; residenzi vojta bħal villeġġjaturi; u siti ta’ kostruzzjoni.

Waqt li l-investigazzjonijiet dwar xi serq li seħħ f’Marzu ngħalqu u tressqu nies il-qorti, l-Ispettur Fleri qal li l-Pulizija qed tkun aktar għassa fuq postijiet li huma aktar fil-mira tal-ħallelin. Għamel ukoll xi rakkomandazzjonijiet lill-pubbliku fosthom lil sidien ta’ ħwienet li jinsabu magħluqa u ta’ proprjeta’ li fiha mhu joqgħod ħadd biex minn żmien għal ieħor jagħtu titwila.

“Illum ħafna mill-ħwienet għandhom CCTV cameras, ara li CCTV cameras jibqgħu mixgħulin, jibqgħu jiffunzjonaw tajjeb, speċjalment meta jkun hemm xi surge fid-dawl. Importanti wkoll l-alarm systems għax bħalissa huma l-aktar ħaġa importanti għal sid ta’ ħanut jew sid ta’ post li mhux jużah, li dik l-alarm system qed taħdem u qiegħda mqabbda sew mal-għassa tal-Pulizija.”

Appella lil kuntratturi u ħaddiema fl-industrija tal-bini biex kemm hu possibbli ma jħallux għodda jew materjal fil-lant tax-xogħol. L-Ispettur Fabian Fleri qal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija nkluż minn taqsimiet speċjalizzati addattaw għaċ-ċirkustanzi u ħadu prekawzjonijeit minħabba l-COVID-19 iżda baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar