Trasport
Is-servizz tal-Gozo Channel għadu għaddej iżda jista’ jieqaf mal-jum – il-fast ferry wieqaf

Il-kumpanija Gozo Channel avżat li llum hemm ċans li jkunu sospiżi jew anki kkanċellati l-vjaġġi tagħha bejn Malta u Għawdex, waqt li fi stqarrija lbieraħ filgħaxija ntqal li s-servizz tal-fast ferry qed jiġi sospiż sakemm ma jkunx hemm avviż ieħor.

Dan minħabba li huwa mbassar maltemp u riħ qawwi matul il-ġurnata kollha.

Kelliem għall-Gozo Channel qal lil TVM li sa dalgħodu s-servizz qed jaħdem normali, iżda iktar tard mal-jum it-temp huwa mbassar li jiggrava, u għalhekk jaf ikollhom jiġu sosipiżi l-vjaġġi.

Dalgħodu l-Uffiċċju Metereoloġiku wissa b’riħ qawwi mill-Grieg il-Lvant li mistenni jilħaq forza 7.

Ara wkoll:

Illum: Twissija ta’ riħ qawwi li jilħaq forza 7, xita bir-ragħad u s-silġ