Lokali
Is-servizz tal-ħlasijiet ‘il barra miż-żona Ewro lura għan-normal min-nhar it-Tnejn

Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej.

Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber attack li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.

Fi stqarrija, il-bank qal li sadanitant qed jaħdem biex jerġa’ jattiva wkoll dan is-servizz permezz tal-Internet Banking.

Spjega li s-servizzi għal ħlasijiet fiż-żona Ewro kienu attivati l-ġimgħa l-oħra u qed jaħdmu b’mod normali. Żied jgħid li kważi l-operat kollu tal-bank issa reġa lura għan-normal.

Il-ħlasijiet ta’ pagi, pensjonijiet kif ukoll benefiċċji soċjali, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment qed isiru b’mod normali. Ma’ dawn anke l-ħlas permezz tal-Internet banking qed jopera bħal qabel.

Dwar dan l-attakk qed issir inkjesta maġisterjali.

Ara wkoll:

Il-BOV għadu qed jipprova jirkupra flusu lura u jsib tarf ta’ min wettaq l-attakk

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar