Lokali
Is-servizzi finanzjarji jaraw tkabbir fl-assikurazzjonijiet u fl-iskemi tal-irtirar

Fil-konferenza annwali tas-settur finanzjarju, iċ-chairman ta’ Finance Malta, Kenneth Farrugia qal li l-oqsma varji fis-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta kellhom tkabbir ta’ bejn il-ħamsa u s-sbatax fil-mija b’żieda fost oħrajn fis-servizzi tal-investiment, fl-assikurazzjoni u fl-iskemi ta’ rtirar.

Bit-tema “finanzi mingħajr fruntieri”, il-konferenza annwali ta’ Finance Malta laqgħet mal-500 operatur fis-servizzi finanzjarji. Il-konferenza ffukat l-iżjed fuq l-iżviluppi u teknoloġiji ġodda li deħlin fis-settur.

Iċ-Chairman ta’ Finance Malta, Kenneth Farrugia ddeskriva din bħala rivoluzzjoni tat-teknoloġija. Semma’ l-blockchain u muniti u assi virtwali bħalma huma bitcoins u tokens. Is-Sur Farrugia qal li l-industrija ġdida tad-‘Distributed Ledger Technology’ – DLT – se tkun pilastru ieħor tas-settur finanzjarju.

Iċ-Chairman ta’ FinanceMalta, Kenneth Farrugia qal “matul dawn it-tliet xhur li ġejjin, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji Maltija beħsiebha toħroġ ir-regoli li se jirregolaw dan is-settur partikolari. Huwa settur li attira ħafna operaturi minn madwar id-dinja biss biss illum għandna f’din il-konferenza delegati minn 21 pajjiż jiġifieri mill-Kanada, mill-Amerika, mill-Ewropa, mill-Pakistan, mill-Indja, mis-South Afrika, li għandhom interess kemm f’das-settur kif ukoll fis-setturi l-oħrajn tas-settur finanzjarju Malti.”

Is-Sur Farrugia qal li l-industrija tas-servizz finanzjarji kellha tkabbir sostnut.

F’messaġġ irrekordjat, il-Prim Ministru Joseph Muscat irrimarka li s-settur finanzjarju qed jimxi b’pass aktar mgħaġġel mill-qafas regolatorju u għalhekk qal li jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex Malta jibqa’ jkollha standards għoljin f’din l-industrija. Huwa qal li Malta kienet fost l-ewwel fid-dinja li fasslet qafas legali li jirregola teknoloġija DLT, li permezz tagħha, il-pajjiż attira l-ewwel kumpaniji fil-qasam tal-“blockchain”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waslet fi tmiemha l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill Ewropew, bl-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, jgħid li fit-tliet oqsma li l-Presidenza Awstrijaka kienet identifikat bħala l-miri tagħha għall-presidenza ġie reġistrat progress. Semma…

Sigurtà

F’tarzna fl-Italja beda x-xogħol fuq l-akbar investiment li qatt daħlet għalih l-armata Maltija: il-bini ta’ patrol boat kbira bi spiża ta’ madwar €50 miljun. Hu pjanat li sa sentejn oħra…

Lokali

Inawgurat ilejla l-għaxar edizzjoni tal-presepju ħaj: “Bethlehem f’Għajnsielem” . . . l-ewwel attrazzjoni tal-Milied mal-wasla f’Għawdex li ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù….

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena weġġa’ fil-korsa tal-Marsa llum għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ waqt li kienu għaddejjin it-tiġrijiet taż-żwiemel. Ir-raġel, li joqgħod ix-Xewkija, ttieħed l-isptar Mater…

Aktar