Is-servizzi tal-podjatrija lura għan-normal fiċ-Ċentri tas-Saħħa

Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Union Ħaddiema Magħqudin ħabbru li waslu għall-ftehim dwar il-podjatristi li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħ bil-UĦM tirtira mil-lum stess l-azzjonijiet industrijali li kienu ilhom fis-seħħ għal diversi jiem.

Fost affarijiet oħra sar qbil bejn iż-żewġ naħat fejn fil-jiem li ġejjin numru ta’ allied assistants se jiġu ingaġġati biex jgħinu lil podjatristi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Wara laqgħat bejn iż-żewġ naħat, id-Dipartiment tas-Saħħa u l-UĦM qablu dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fil-mod ta’ kif titmexxa l-klinika tal-podjatrija fil-Kura Primarja.