Barranin
Is-sewwieq li baqa’ dieħel f’parata tal-Milied fl-Amerka mixli b’ħames kapi ta’ qtil

Uffiċjali f’Wisconsin fl-Istati Uniti se jressqu l-Qorti lis-sewwieq li baqa’ dieħel f’parata tal-Milied nhar il-Ħadd li għadda fejn se jixluh b’ħames kapi ta’ qtil.

Il-Pulizija qalet li Darrell Edward Brooks Jr ta’ 39 sena qatel ħames persuni li kellhom bejn it-52 u l-81 sena u darab 48 ruħ oħra fosthom tfal żgħar.

Brooks Jr kien qed jaħrab mill-Pulizija meta baqa’ dieħel f’folla nies bil-karozza li kien qed isuq.

Il-Pulizija qalet li l-inċident ma kienx att terroristiku. Fost il-vittmi ta’ dan l-inċident kien hemm ħafna tfal tal-iskola u nanniet.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Identifikat sid il-karozza li qatlet 5 waqt parata