Kronaka
Is-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu lbieraħ kien xufier tal-linja

Edwin Lopez ta’ 48 sena huwa r-raġel li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur ilbieraħ f’Raħal Ġdid.

Lopez, li huwa minn Pasig, fil-Filippini, kien jaħdem f’Malta u kien qed joqgħod il-Marsa. Huwa kien ukoll miżżewweġ u kellu erbat itfal.

Sas-sena l-oħra Lopez kien jaħdem bħala xufier tax-xarabank mat-trasport pubbliku. Fuq il-midja soċjali l-kumpanija qalet li tinsab imnikkta bil-mewt traġika ta’ Lopez, u offriet il-kondoljanzi lill-familtu.

Bosta kollegi u eks kollegi ta’ Lopez fil-qasam tat-trasport ukoll esprimew sogħba għal mewtu, b’uħud jiddeskrivuh bħala bniedem b’karattru mill-aqwa u xufier prim.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jitlef ħajtu s-sewwieq ta’ mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar