Teknoloġija
Is-sexting bejn it-tfal huwa problema reali f’Malta

It-tixrid ta’ ritratti indiċenti permezz tal-mobile u mezzi oħra tal-midja soċjali fost it-tfal, magħruf bhala sexting, ghalkemm huwa illegali, huwa fenomenu li jiġri fost it-tfal u adolexxenti. Dan ħareġ f’konferenza organizzata mill-Fondazzjoni Lisa Marie, li trattat l-użu u l-abbozz tat-teknoloġiji diġitali.

L-Aġenzija Appoġġ kull ġimgħa tirċievi rapport ġdid dwar tixrid ta’ materjal indeċenti ta’ minuri li jesponu lil xulxin b’ritratti indiċenti. Is-Sinjura Deborah Vassallo, mill-Aġenzija Appoġġ, spjegat li t-tixrid ta’ ritratti indeċenti fost il-minuri hija problema reali f’Malta.

“Aħna nsejħulu sexting. Meta jkollok ritratti li jiġu shared bil-‘mobile phones’ u tifel jew tifla jibgħat ritratti lil tifel ieħor ġeneralment, jiġifieri għandek ‘sharing’ ta’ bejn żewġ minuri, li qed jesponu lilhom infushom bl-‘underwear’ jew inkella mingħajr ħwejjeġ. Meta inti għandek ritratti bħala dawn li qed jiġu mxerrda, onlajn u jinħolqu onlajn, għandek xi ħaġa li qed isir illegali, għaliex għandna liġi li tipprevjeni milli dan l-abbuż isir jew jiġi shared.”

Waqt il-konferenza organizzata mill-Fondazzjoni Lisa Marie, diversi akkademiċi u professjonisti ddiskutew l-użu tat-teknoloġija fis-sistema edukattiva. Fost l-oħrajn ġiet diskussa l-possibiltà li l-intelliġenza artifiċjali tkun integrata fis-sistema edukattiva. Spikka l-intervent tas-Sur Leonard Busuttil, mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta li saħaq fuq il-bżonn li ma nostakolawx l-avvanz teknoloġiku. Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li l-element uman qed jaffetwa ħażin l-użu tat-teknoloġija.

Fl-aħħar nett is-Sinjura Vassallo qalet li l-Aġenzija Appoġġ tagħmel l-almu tagħha biex bl-għajnuna tal-kumpaniji tal-midja soċjali tipprova twaqqaf it-tixrid ta’ dawn ir-ritratti li tkun taf bihom. Żiedet tgħid li huma importanti li minn ta’ età żgħira t-tfal ikunu mgħarrfin sew fl-użu responsabbli tat-teknoloġija.

“Importanti dejjem li nqajmu għarfien mat-tfal, li meta inti qed tibgħat xi ħaġa immaġinak fuq billboard u qed jarak kulħadd, se jarawni u jkunu jafu min jiena jista’ jkun li xi ħadd jaqbad miegħi fuqha u jista’ jkun li dan ir-ritratt jiġi saved u joħroġ snin wara.”

Hija appellat għall-vittmi ta’ dan l-abbuż sabiex jitkellmu, anke jekk kienu huma stess li bagħtu ritratti indeċenti tagħhom. Kompliet tgħid li vittmi ta’ dan l-abbuż jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Aġenzija Appoġġ fuq il-linja ta’ għajnuna 147 u anke b’mod anonimu onlajn.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…

Aktar